Header
  • Iktar minn 350, 000 mara jitilfu ħajjithom kull sena minħabba komplikazzjonijiet matul it-tqala jew matul il-ħlas.  Kważi kollha kemm huma – 99 fil-mija minnhom – jgħixu ġewwa pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw.

  •  Ir-rata ta’ mortalità materna qed tonqos ftit ftit, minkejja li l-maġġoranza ta’ dawn l-imwiet jistgħu jiġu evitati wara kollox.

  • Fl-Afrika tas-Sub Saħara, ir-riskju ta’ mortalità materna għal mara huwa ta’ 1 kull 30, meta mqabbel ma’ 1 kull 5,600 fir-reġjunijiet żviluppati.

  • Kull sena aktar minn miljun tifel u tifla jisfaw mingħajr omm. It-tfal li jitilfu lill-ommhom huma 10 darbiet iktar predisposti li jmutu prematurament meta mqabbla ma’ dawk li ma jitilfux lill-ommhom.

  • In-Nazzzjonijiet Uniti  għandhom żewġ miri sabiex jilħqu dan il-għan:

  • Li titnaqqas bi 75% ir-rata ta’ mortalità materna

  • Il-ksib tal-aċċess universali għas-saħħa riproduttiva

  • X’għandha tgħid il-UN dwar dan? Dawn huma uħud mill-kummenti direttament mill-UN:

  • Ħafna imwiet materni jistgħu jiġu evitati

  • Il-ħlas jaf ukoll ikun ta’ perikolu fl-Ażja tan-Nofsinhar u fl-Afrika tas-Sub Saħara, fejn ħafna nisa jkollhom  jgħaddu mill-ħlas mingħajr assistenza speċjalizzata

  • Id-differenzi f’żoni rurali u urbani huma mnaqqsa fl-ambitu tal-assistenza professjonali matul il-ħlas.

  • Ħafna iktar nisa qed jingħataw assistenza waqt il-ħlas.

  • Jeżistu inugwaljanzi kbar fil-kura u l-assistenza matul it-tqala.

  • Minn dawk in-nisa li jgħixu f’ambjent rurali 1 minn 3 biss jingħataw assistenza xierqa matul it-tqala.

  • Il-progress mhux qed ikun iktar effettiv fil-ħarsien kontra l-gravidanzi fl-adolexxenzi u b’hekk qed ikun hemm iktar adolexxenti li huma soġġetti għal dan ir-riskju.

  • Il-faqar u n-nuqqas ta’ edukazzjoni qed ikattru iktar rati għoljin ta’ gravidanzi fl-adolexxenti.

  • Naqas ukoll il-progress fl-użu tal-kontraċettivi fin-nisa.
  • L-użu tal-kontraċettivi huwa l-iktar baxx fejn ikun hemm l-inqas edukazzjoni u l-iktar faqar.

  • L-iffinazjar mhux xieraq u n-nuqqas tal-ippjanar tal-familji huma fatturi li qed iwasslu għal nuqqasijiet kbar lejn il-ħarsien tal-ħajja tan-nisa.

Jeżistu inugwaljanzi kbar fil-kura u l-assistenza matul it-tqala. Dan huwa użu ta’ kliem iebes minn għand il-UN. Din hija kwistjoni taħraq. Il-mortalità materna qed tonqos iżda għad hemm ħafna xi jsir. Dan ir-rapport mill-UN jagħti deskrizzjoni tajba u viżiva dwar fejn jinsabu  dawn id-diskrepanzi, permezz ta’ graphs . Agħtu daqqa ta’ għajn intom ukoll.

______________________________________________________________


Ninvestu fis-Saħħa Riproduttiva u d-Drittijiet  Riproduttivi għall-ksib tal-MDG 5 u nsaħħu l-Iżvilupp Sostenibbli

Stqarrija mill-Bank Dinja minn Purnima Mane, UNFPA Deputat Direttur Eżekuttiv Eċċellenzi,Kollegi,Sinjuri,

Hu bi pjaċir kbir li illum jiena ningħaqad magħkom biex nitkellmu dwar kif l-investiment fl-MDG5 qed iwassal biex niffrankaw ħafna flus.L-UNFPA huwa kburi li qed jospita din il-laqgħa mal-Gvern tal-Olanda u l-Bank Dinji, bħala segwitu tal-laqgħa għolja dwar saħħa materna li saret is-sena l-oħra ġewwa Addis Ababa.Nixtieq nirringrazzjakom talli ġejtu tiltaqgħu  magħna għal din il-fatra.

Għaliex qegħdin hawn u x’inhuma l-miri li qed nittamaw li nilħqu                                          

Qegħdin hawn biex inwieġbu is-Sejħa Urġenti ta’ Addis għall-Azzjoni fis-Saħħa Materna.                                                                                             

Qegħdin hawn biex insibu mezz biex nappoġġaw lin-nisa sabiex ikunu jistgħu igawdu t-tqala tagħhom mingħajr perikolu u li jkollhom ħlas mingħajr riskji.Dawn il-kwistjonijijet huma minn ta’ quddiem għall-iżvilupp xieraq tad-drittiejiet tan-nisa, tal-irġiel, u taż-żagħżagħ u t-tfal għal kwalità ta’ ħajja li tkun aħjar.Qegħdin hawn biex nispjegaw kif l-investiment fis-saħħa u d-drittijiet riproduttivi huma kruċjali mhux biss għall-ksib tal-MDG 5 fit-tisħiħ tas-saħa materna iżda wkoll għall-MDGs l-oħra – li neliminaw il-faqar, il-ġuħ, naċċertaw li jkun hemm  edukazzjoni universali, innaqqsu l-mortalità fit-tfal, inaqqsu t-tixrid tal-HIV u l-AIDS, nippromwovu l-ugwaljanzi bejn irġiel u nisa, u naċċertaw li jkun hemm żvilupp sostenibbli.U aħna qegħdin hawn illum biex nitolbu lilkom bħala Ministri tal-Finanzi biex tagħmlu dak li hemm bżonn li jsir u tużaw ir-rwol tagħkom biex tinvestu fis-saħħa tan-nisa  għaliex dan huwa mezz ta’ ekonomija intelliġenti. Flimkien nistgħu naċċertaw li dan il-messaġġ jinżamm ħaj tul il-perjodu ta’ reviżjoni ta’ 10 snin tal-MDGs sal-laqgħa ta’ livell għoli fin-Nazzjonijiet Uniti li ser issir f’Settembru.

Il-Konnessjoni  bejn il-Faqar, id-Drittijiet u s-Saħħa Riproduttiva

Illum in-nuqqas ta’ saħħa sesswali u riproduttiva huma kawża ewlenija ta’ imwiet u diżabbiltajiet fid-dinja li qed tiżviluppa. Dan jillimita l-ħajja, ixekkel il-ksib ta’ edukazzjoni, inaqqas il-kapaċitajiet personali u produttivi, jiżdiedu l-ispejjeż tal-kura terzjarja u b’hekk ikun hemm impatt direttament  fuq it-tkabbir ekonomiku u fit-tnaqqis tal-faqar.Kull sena, madwar nofs mil jun mara  titlef ħajjitha matul il-ħlas, iktar minn 95 fil-mija minnhom fl-Afrika u fl-Ażja. Il-mewt ta’ omm twassal biex jitnaqqsu dħul finanzjarju u produttività tal-familja, u tafffettwa l-Komunità kollha. Huwa stmat li l-imwiet relatati mat-tqala fin-nisa u fit-trabi iwasslu għal telf ta’ 15 –il biljun Dollaru Amerikan kull sena fid-dinja li qed tiżviluppa.Filwaqt li huma devastanti, din l-istatistika ma twassalx sew l-effet traġiku fuq familja meta din titlef l-omm matul il-ħlas. Din it-traġedja tista’ tiġi evitata. Aħna nafu kifu nistgħu nipprevjenu dan it-telf inutli ta’ ħajja. Jeżistu interventi effettivi għal dan. U dan hu li filfatt jagħmel dawn l-imwiet verament traġedji.Il-maġġoranza tal-imwiet materni jistgħu jiġu evitati jekk kull mara jkollha aċċess għas-servizzi sanitarji riproduttivi, speċjalment l-ippjanar tal-familja, persuni kkwalifikati li jassistu l-ħlas u kura ostetrika ta’ emerġenza.Mara minn kull erbgħa li jixtiequ jevitaw jew li jixtiequ jħallu ftit żmien jgħaddi minn tqala għal oħra mhux qed jagħmlu użu minn mezz effikaċi ta’ kontraċċezzjoni. Dan ifisser li 215 –il miljun mara għandhom bżonn ta’ iktar ippjanar tal-familja u dan l-istess bżonn mhux qed jiġi indirizzzat. Nafu li effettivament l-indirizzar ta’ dan il-bżonn jaf jipprevjeni 150,00 mewt materna u  640,000 imwiet ta’ trabi kull sena. Il-kelliema, Sharon Camp, ser tkellimkom iktar dwar osservanzi bħal dawn permezz tar-rapport konġunt il-ġdid, Adding itUp.Il-punt hu li dan in-nuqqas ta’ servizzi sanitarji ezssenzjali iwasslu biex in-nisa jinqabdu f’ċirku vizzjuż ta’ faqar li jgħaddi minn ġenerazzjoni għal oħra.Hija din in-nasba ta’ faqar li għandha tinqered jekk irridu niksbu l-Miri għall-Iżvilupp tal-Millennju. Li ninvestu fi saħħa sesswali u riproduttiva jaf ikollu rwol sinifikattiv biex dan kollu jitwettaq u għalhekk it-tieni  mira tal-MDG huwa l-aċċess għas-saħħa  riproduttiva.Il-Benefiċċji li ninvestufis-Saħħa Riproduttiva u fid-Drittijiet Is-saħħa riproduttiva twassal biex il-koppji u l-individwi jgħixu ħajja iktar b’saħħitha u iktar  produttiva, u b’hekk jagħmlu kontribuzzjoi ikbar lejn id-dħul finanzjarju tagħhom bħala familji u lejn il-kontijiet nazzjonali.  Il-benefiċċji sanitarji ta’ dawn l-investimenti huma magħrufin, dokumentati u sostantivi sew.Dawn jinkludu il-prevenzjoni tal-imwiet minħabba tqala u l-ħlas, il-prevenzjoni tal-HIV, il-prevenzjoni u tnaqqis tal-fistula ostetrika u tal-mard jew tad-diżabbiltajiet sesswali u/jew riproddutivi; stat nutrittiv imsaħħaħ b’riskji baxxi ta’ anemija għan-nisa; u b’rata ogħla ta’ għixien għat-trabi.Huwa stmat li jekk naċċertaw li jkun hemm aktar aċċess għall-ippjanar voluntarju tal-familja dan jaf inaqqas l-imwiet materni b’40 fil-mija, u l-imwiet tat-tfal b’20 fil-mija Il-Bank Dinji ressaq stima li jekk naċċertaw il-preżenza ta’ personal ikkwalifikat matul il-ħlaspartikolarment matul emerġenza ostetrika l-imwiet materni jistgħu jonqsu 47 fil-mija.Dawn huma benefiċċji sinifikanti. Madanakollu, tajbin kemm jidhru dawn il-figuri, il-benefiċċji soċjali, ambjentali u ekonomiċi tas-servizzi saħħa riproduttiva jafu jkollhom iktar importanza.Dawn  huma importanti ħafna għall-benesseri tal-bniedem u għall-iżvilupp ekonomiku Dawn jinkludu tisħiħ tas-sitwazzjoni tan-nisa, iktar ugwaljanzi bejn irġiel u nisa, inqas tkabbir tal-popolazzjoni kif ukoll xi benefiċċji għall-individwi, fuq livelli domestiċi u tas-soċjetà.Dawn l-investimenti fis-saħħa riproduttiva b’mod ġenerali, u partikolarment fl-ippjanar tal-familja, iwasslu għal inqas infieq mill-gvernijiet. Għalhekk aħna ngħidu li l-ippjanar tal-familja mhux kwistjoni ta’ infieq; Dan huwa investiment li wasssal għal dħul finanzjarju għoli ħafna.Fi studju li sar fil-Messiku sabu li għal kull peso li investit fis-sistema ta’ servizzi tal-ippjanar tal-familji mis-servizzi  tas-sigurtà soċjali bejn l-1972 u l-1984, kien hemm tfaddil ta’ disa’ pesos infieq għall-kura tal-komplikazzjonijiet minħabbba aborti abbużivi, u fil-proviżjoni ta’ kura materna u tat-trabi.Fit-Tajlandja, kull dollaru li jiġi investit fil-programm ta’ppjanar għall-familja wassal għall-iffrankar ta’ $16.

___________________________________________________________________

MATERNA


Kuljum mad-dinja kollha, madwar 1000 mara tmut minħabba komplikazzjonijiet fit-tqala tagħhom jew fil-ħlas.  Eluf oħra jesperjenzaw komplikazzjonijiet u ġrieħi serji jew ikollhom diżabbiltajiet. Dan m’għandux ikun hekk.   Dawn il-każijiet jistgħu ma jiġrux, u  aħna nafu eżattament xi jrid isir sabiex insalvaw il-ħajja ta’ dawn l-ommijiet, aħwa, nisa, zijiet u ħbieb nisa.  . Mhux qed nitkellmu fuq xi haġa ta’ barra minn hawn.  Din hija xi haġa li n-nies mill-pajjiżi żviluppati dejjem ħasbu li filfatt hi xi ħaġa ovvja, minn żmien in-nanniet tagħna.  – l-aċċess għall-ippjanar tal-familja, l-aċċess għall-personal ikkwalifikat biex jassisti l-ħlas, l-aċċess għall-kura ta’ emerġenza ostetrika, l-aċċess għad-demm u l-antibijotiċi. Aktar minn hekk, irridu nindirizzaw ftit mir-raġunijiet eżistenti li jwaslu għal dan bħalma huma l-inugwaljanzi bejn nisa u irġiel, in-nuqqas ta’ aċċess għaż-żagħżagħ għas-servizzi sanitarji, iż-żwiġijiet f’età immatura,etc.  Il-Komunità dinjija talbet azzjoni intensifikata għas-saħħa materna, meta fasslet il-Miri Għall-Iżvilupp tal-Millennju fl-2000.  Waħda minn dawn il-miri, Nru 5, speċifkikament hi mmirata għas-saħħa materna u riproduttiva. Madanakollu, il-mira ewlenija hija proprju dik li għad għandna naħdmu biex nilħquha, Ħames snin il-bogħod mill-iskadenza tal-2015.  Għadu mhux tard wisq.  Nistgħu nirnexxu, iżda mhux mingħajr ħafna sforzi.Jekk ninvestu fis-saħħa materna ser immorru tajjeb żgur. Li naċċertaw li  n-nisa kollha jkollhom aċċess għas-servizzi ta’ saħħa riproduttiva, hi mhux biss ħaġa tajba iżda hija xi ħaġa ta’ għaqal minn aspett ekonomiku.  In-nisa jagħtu benefiċċji soċjali u ekonomiċi konsiderevoli lill-familji, lill-ekonomiji u lin-nazzjonijiet. Meta n-nisa jkunu b’saħħithom it-tfal u oħrajn ikunu b’saħħithom ukoll.Illum  ninsabu f’punt ta’ tibdil kbir għaliex permezz ta’ rieda politika u impenji finanzjarji, il-progress huwa xi haġa li ilkoll nistgħu niksbu. Iżda għandna nibqgħu niġbdu l-attenzjoni tal-pubbliku għal dan. Għandna bżonn nisimgħu leħnek dwar dan biex dan kollu jsir realtà.  L-MDG 5F’Settembru tas-sena 2000, wara għaxar snin konferenzi u summits tal-n-Nazzjonijiet Uniti, il-mexxejja ewlenin iltaqgħu fis-Sede tan-Nazzjonijiet Uniti ġewwa New York biex jadottaw id-dikjarazzjoni tal-Millennju tan-Nazzjonijiet Uniti, fejn ħadu l-impenn f’isem pajjiżhom lejn partenarjat  ġdid fit-tnaqqis tal-faqar u stipolaw miri u skadenzi għall-ksib tagħhom – bi skadenza għall-2015 – u dawn sirna nafuhom bħala il-Miri għall-Iżvilupp tal-Millennju (l-MDGs).It-tmien MDGs – li jittrattaw fosthom it-tnaqqis tal-faqar u waqfien tat-tixrid tal-HIV/AIDS u proviżjoni ta’edukazzjoni primarja – jifformaw ftehim ta’ qafas bi qbil mal-pajjiżi kollha tad-dinja u l-istituzzjonijiet kollha tad-dinja. Huma saħħew l-isforzi mingħajr preċedent  fl-indirizzzar tal-bżonnijiet ta’ dawk in-nies l-iktar foqra fid-dinja.L-MDG ħamsa – li tiffoka fuq it-tisħiħ tas-saħħa materna billi titnaqqas il-mortalità materna u l-ksib tal-aċċess universali tas-servizzi sanitarji riproduttivi – huwa l-uniku MDG li għadu fi stadju ta’ progress baxx. Fid-dawl tal-fatt li hu stmat li 500,000 mara titlef ħajjitha kull sena minħabba komplikazzjonijiet ta’ tqala jew ħlas dan kollu iwassal għall-ħtieġa li jkun hemm iktar mobilizzazzjoni ta’ firxa ikbar ta’ azzjonisti sabiex tali tendenzi negattivi jinbidlu.

 

Jekk jogħġbok żur is-sit tal-SOS Malta u idħol magħna fil-Grupp ta’ Facebook (Save Women’s Lives-Malta)

news

RSS FEED

Dia-Show

Guestbook

Send a postcard to a girlfriend

Signature collection

left_down