IL-MIRA GĦALL-IŻVILUPP TAL-MILLENNJU NRU.5: It-Tisħiħ tas-Saħħa Materna
Titnaqqas il-proporzjoni ta’ mortalità materna b’ħamsa u sebgħin fil-mija għall-perijodu bejn l-1990 u l-2015
“Ilna għal ħafna żmien issa nakkużaw persuna adolexxenti meta din tinqabad tqila. Issa wasal iż-żmien li nirriflettu u nakkużaw lilna nfusna wkoll. Jekk tfjala adolexxenti tinqabad tqila dan għaliex aħna nqasna milli nwasslu l-informazzjoni, l-edukazzoni, t-taħriġ u l-appoġġ meħtieġa<ins> </ins>biex hija jkollha setgħa għall-prevenzjoni tat-tqala.”
(Dr. Pramilla Senanayake, L-Ex Assistent Direttur, Federazzjoni Internazzjonali għall-Ippjanar tal-Familja u Ġenituri)
Kull sena jweldu iktar minn 14 -il miljun tfajla adolexxenti. B’mod sinjifikanti 90% minn daw isiru fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw bl-għola inċidenza ta’ gravidanzi fost l-adolexxenti tinsab ġewwa l-Afrika. Aktar minn nofs in-nisa tal-Afrika Sub-Saħara iweldu ta’ età inqas minn 20 sena. Aktar minn hekk fil-pajiżi żviluppati hemm varjazzjonijiet konsiderevoli: Ir-rata għal tfajliet bejn il-15 u d-19 -il sena fl-Istati Uniti hija 14 -il darba ogħla minn dik tal-Ġappun u darbtejn iktar minn dik tal-Awstralja u tal-Kanada.
Twelid ta’ trabi fid-dinja minn ommijiet adolexxenti
F’Malta 6% mit-twelid ta’ trabi fl-2007 kien minn ommijiet ta’ età inqas minn 20 sena. Aktar minn hekk l-istatistika turi li inqas minn 10% tat-tfajliet jkollhom tarbija qabel ma jilħqu t-18 -il sena bħalma fil-każ tal- Ġappun, fil-Ġermanja, fil-Polonja, fi Franza, fiċ-Ċina, fit-Tuniżija, fis-Sri Lanka, fir-Renju Unit, fil-Marokk, fil-Burundi, fil-Filippini, fir-Rwanda, fl-Istati Uniti, fit-Tajlandja.
10-20% tat-tfajliet jkollhom tarbija minn età taħt it-18 -il sena: It-Turkija, l-Peru, it-Trinidad, Tobago, l-Eġittu, l-Indoneżja, l-Paraguay, il-Brażil, l-Ekwador, is-Sudan, il-Pakistan, ir-Repubblika Dominikana, il-Kolombja, in-Namibja, il-Bolivja, iż-Żambja, il-Messiku 20%-30% tat-tfajliet ikollhom tarbija qabel ma jilħqu età ta’ 18 -il sena. Iż-Żimbabwe, il-Ghana, il-Botswana, il-Yemen, il-Kenya, il-Gwatemala, l-Indja, ir-Repubblika tat-Tanzanija, Togo. Dan in-numru huma ħafna ogħla fil-pajjiżi bħalma huma l-Madagaskar, il-Burkina Faso, is-Senegal, in-Niġerja, il-Malawi, ir-Repubblika tal-Afrika Ċentrali, l-Uganda b’ċifri ta’ with 30% - 40% tat-tfajliet adolexxenti li jkollhom it-tfal f’età ta’ inqas minn 18 -il sena u sa 40% - 50% tat-tfajliet jkollhom it-tfal f’età ta’ inqas minn 18 -il sena fil-pajiżi tal-Kosta tal-Avorju, l-Liberja, Mali, l-Cameroon u l-Bangladesh. Fin-Niġerja aktar minn 50% mit-tfajliet ikollhom tarbija sal-età ta’ 18 -il sena.
Il-gravidanzi li ma jkunux ippjanati u dawk li jsiru minn età żgħira jirriflettu n-nuqqas ta’ proviżjoni ta’ ambjent xieraq mingħajr perikoli li jippermetti lit-tfajliet jaslu f’età adulta b’edukazzjoni, bi prospetti u bit-tama. Il-maġġoranza tal-ommijiet li jkollhom it-tfal u li jkunu adolexxenti jinsabu fil-kuntest taż-żwieġ jew xi forma oħra ta’ unjoni, u l-għola rati għal dawk it-tfajliet ta’taħt it-18 -il sena jinsabu f’dawk il-pajjiżi fejn hemm rata għolja ta’ żwieġijiet ta’ persuni adoloxxenti. Malta, fejn qed tħares meta jkun hemm problemi serji? F’Malta iktar u iktar ommijiet adolexxenti jattendu servzzi ta’ appoġġ edukattiv għal dawk l-ommijiet li jkunu għadhom l-iskola. L-għaqda Għożża tipprovdi gwida u counselling lill-ommijiet adolexxenti ta’ età minn 12 -il sena li ħafna drabi jkunu fir-riskju ta’ faqar u fin-nassa tal-benefiċċji tal-Istat minħabba li jieqfu ħesrem mill-iskola u ma jkollhom ebda kapaċitajiet li jkunu ta’ appoġġ għalihom fil-ġejjieni fil-ħajja tax-xogħol tagħhom meta jkunu jixtiequ jsiru indipendenti finanzjarament mill-familji u mill-Istat. Ilna ħafna issa nikkondannaw is-sitwazzjoni tal-gravidanzi fost l-adolexxenti iżda l-politika favur is-saħħa sesswali għadha qed titfassal, u l-edukazzjoni sesswali fl-iskejjel għadha lura wisq biex tindirizza l-bżonnijet tal-kultura żagħżugħa tal-lum. It-tfajliet adolexxenti jeħtieġu attenzjoni speċifika u flimkien mas-subien adolexxenti għandhom jiġu involuti iktar fil-programmi ta’ saħħa sesswali, meta dawn ikunu disponibbli. Is-subien adolexxenti għandhom jiġu involuti iktar fil-programmi ta’ saħħa sesswali, u li ma ssirx iktar vjolenza lejn il-partner tagħhom.
Għaliex għandna nnaqqsu l-gravidanzi fost l-adolexxenti?
il-gravidanza fl-adolexxenti żżid ir-riskju tal-infezzjoni tal-HIV. Jidher li l-fatturi bijoloġiċi iwasslu għal rati għoljin ta’ trażmissjoni tal-HIV fost tfajliet adolexxenti, iżda hemm ukoll evidenza li l-kundizzjoni fiżjoloġoka tat-tqala u tat-treddigħ jistgħu jippredisponu għat-trażmissjoni tal-HIV.
Hemm bżonn li t-tfajliet jinżammu jattendu fl-iskejjel. L-iktar raġuni ewlenija hija biex nipprevjenu t-tixrid tal-infezzjoni tal-HIV u mard ieħor trażmess sesswalment.
Ġie pprovat li l-edukazzjoni tnaqqas it-tixrid tal-HIV fost iż-żagħżagħ u ssaħħaħ l-importanza tas-saħħa sesswali. Aktar minn hekk it-tfajliet adolexxenti li jibqgħu l-iskola huma ħafna inqas soġġetti għall-gravidanzi minn età adolexxenzjali. Fil-kuntest ta’ sitwazzjoni ta’ qgħad, huwa diffiċli li jitressaq l-argument li, għall-individwu kkonċernat, min jispiċċa l-iskola ser igawdi vantaġġ ekonomiku. Fl-istess ħin, it-tkabbir ekonomiku u r-ridistribuzzjoni jiddipendu t-tnejn minn popolazzjoni li jkollha livell ta’ edukazzjoni għola. Mezzi biex jitnaqqsu l-gravidanzi fl-adolexxenti. L-Afrika Sub Saħara l-persuni morda bl-HIV jammontaw għal ħamsa u sittin fil-mija tal-populazzjoni dinjija. L-ikel u l-ilma għax-xorb huma inaċċessibbli għall-popolazzjoni tan-nies li jkollhom dħul baxx, fejn dawn jammontaw għal nofs il-popolazzjoni tal-Afrika. It-tfajliet adolexxenti u x-xebbiet żagħżagħ huma ħames darbiet iktar soġġetti għall-infezzjoni mill-irġiel tal-istess età, f’ċertu żoni, l-iktar minħabba l-inugwaljanzi fost l-irġiel u n-nisa, n-nuqqas tal-edukazzjoni u sitwazzjoni soċjo-ekonomika baxxa. Hemm bżonn ta’ avviċinament indirizzat lejn is-setturi kollha li jkun immirat lejn il-kawżi prinċipali tal-inugwaljanzi bejn l-irġiel u n-nisa, li huma l-kaġun tat-tixrid tal-epidemija.
Fid-dawl tal-epidemija kbira ħafna tal-HIV, il-miri li ġejjin għandhom jiġu ndirizzati b’ċertu urġenza:
ż-żagħżagħ għandhom jinżammu fl-iskejjel u dawk li jiskartaw l-skola jerġgħu jinġiebu lura fis-sistema, malajr kemm jista’ jkun. Huwa fatt magħruf li dawk li jiskartaw mill-iskola għandhom iktar probabblità li jagħmlu atti sesswali mingħajr protezzjoni. Dan it-tibdil fl-imġiba sesswali kaġun ma jiġix spjegat biżżejjed mir-rieda li koppja jkollhom it-tfal jew minn relazzjoni li ddum fit-tul mal-partner jew fiż-żwieġ. L-iktar tweġiba prossibbli hija dik li l-proporzjon mit-tfajliet li jitilqu mill-iskopla jċedu taħt ċertu qafas ta’ pressjonijiet soċjali u ta’ aspettattivi meta dawn jitilqu mill-iskola Fis-sitwazzjoni tal-qgħad u inċertezzi, il-konformità mal-pressjonijiet ekonomiċi u l-aspettattivi soċjali taf tieħu l-forma ta’ relazzjoni sesswali ma’ raġel li jkun jista’ jagħti protezzjoni fiżika u materjali. Madanakollu, l-protezzjoni tispiċċa fi skambju ma’ sess mingħajr protezzjoni. Minkejja li hemm espressjoni ta’ otttimiżmu ġenerali dwar il-futur tagħhom fuq żmien twil, l-imġiba individwali u soċjlali tan-nisa hija affetwata mil-limitazzjonijiet tar-realtà ta’ kuljum. Li jippruvaw jeħilsu minn dawn il-limitazzjonijiet iwassal għal ċertu penalitajiet u ma hemm ebda garanzija ta’ eżitu tajjeb. Il-biċċa l-kbira miż-żagħżagħ iħossu li għandhom joqogħdu għal dak li jkollhom. Tali mentalità issaħħaħ ir-riskju ta’ tolleranza.
Azzjonijiet li jistgħu jittieħdu
·· Il-gravidanzi fl-adolexxenti huma problema tas-soċjetà li għandhom jiġu indirizzati bħala xi ħaġa konnessa mal-faqar.
·· Il-gravidanza fl-adolexxenti għandha tiġi rikonoxxuta bħala kwistjoni li tikkonċerna l-irġiel u lin-nisa
·· L-adoloxxenti li joħorġu tqal għandhom jiġu protetti mid-diskriminazzjoni u mill-abbużi
·· Servizzi ta’ kura sesswali u riproduttiva jipproteġu s-saħħa tal-ommijiet u tat-tfal permezz ta’ kura matul fit-tqala u l-kura ostetrika
·· Huwa importanti li ninvolvu l-komunitajiet u lill-familji fl-ippjanar, fl-implimentazzjoni u fil-valutazzjoni tal-attivitajiet sabiex innaqsu l-mortalità tal-ommijiet adolexxenti.
·· Diskrepanzi li jeżistu fir-riċerka dwar tfajliet li joħorġħu tqal għandhom jiġu indirizzati b’urġenza
·· Naraw kif ir-rwol tal-medja jista’ jsir wieħed iktar pożittiv.
Jekk jogħġbok żur is-sit tal-SOS Malta u idħol magħna fil-Grupp ta’ Facebook (Save Women’s Lives-Malta)









