L-Asso<ins>ċ</ins><del>ż</del>jazzjoni tal-Istudenti tal-Mediċina ta’ Malta (MMSA)
L-Assoċjazzjoni tal-Istudenti tal-Mediċina ta’ Malta (MMSA) hija waħda mill-iktar għaqdiet li ilha teżisti fl-Università ta’ Malta L-istudenti kollha fi ħdan din il-fakoltà tal-Mediċina, inklużi studenti li ggradwaw diġà iżda li teskludi l-istudenti tal-Farmaċija, huma awtomatikament membri ta’ din l-għaqda.
L-MMSA hija organizzazzjoni non-governattiva non-politika għall-istudenti, stabbilita 57 sena ilu. L-MMSA għandha s-sede tagħha fl-Univertsità ta’ Malta fejn din ila topera bħala l-organizzazzjoni l-iktar attiva f’dawn l-aħħar 10 snin. Hija membru sħiħ tal-Federazzjoni Internazzjonali tal-Assoċjazzjonijiet tal-Istudenti tal-Mediċina (IFMSA) u l-Assoċjazzjonijiet tal-Istudenti tal-Mediċina Ewropej (EMSA). Bħala parti mill-IFMSA din tgawdi status internazzjonali fost 97 Organizzazzjoni Nazzjonali Membri li flimkien jammonatw għal iktar minn miljun student tal-medi<del>c</del><ins>ċ</ins>ina mad-dinja kollha. L-MMSA hija wkoll affiljata lokalment mal-Kunsill Nazzjonali tan-Nisa u apoġġata attivament mid-Dipartiment tal-Promozzjoni tas-Saħħa.
Objettivi
L-objettiv tagħna huwa li tissaħħaħ l-edukazzjoni tal-professjonisti fis-saħħa permezz ta’ infurzar fil-pateċipazzjoni attiva fis-sitemi ta’ tagħlim, l-organizzazzjoni ta’ skambji internazzjonali u l-implimentazzjoni ta’ taħriġ fl-oqsma differenti tas-
Saħħa.
Aħna nimmiraw ukoll li nagħtu s-setgħa lis-soċjetà Maltija, inklużi l-komunitajiet marġinalizzati, biex dawn ikunu involuti funzjonalment fit-teħid tad-deċiżjonijiet fi ħdan is-Sistema Tas-Saħħa Nazzjonali sabiex jitnaqqsu l-problemi soċjali li jkunu assoċjati mas-saħħa, permezz ta’ appoġġ sanitarju minn aspetti kulturali u ta’ ugwaljanza bejn irġiel u nisa.
Għanijiet u objettivi
1.Tingħata s-setgħa lill-istudenti tal-mediċina biex japplikaw l-għerf u l-kapaċitajiet tagħhom sabiex ikunu involuti b’mod attiv fit-teħid tad-deċiżjoniiet fir-rigward tas-sistemi ta’ tagħlim u fit-tisħiħ tas-soċjetà
2.Il-promozzjoni u l-faċilitazzjoni ta’ skambji professjonali kif ukoll fi proġetti u taħriġ extra kurrikulari tal-istudenti tal-mediċina,
B’hekk dawn jiġu esposti u jsiru iktar konxji dwar kulturi u soċjetajiet oħrajn, u l-problemi sanitarji tagħhom.
Ir-rappreżentanza tal-istudenti Maltin tal-mediċina fuq livell internazzjonali permezz ta’ Federazzjoni Internazzjonali tal-Assoċjazzjoni tal-Istudenti tal-Mediċina.
3.Tissaħħaħ il-konoxxenza tas-saħħa pubblika permezz ta’ konferenzi, aħbarijiet ġurnalistiċi, kampanji u sessjonijiet edukattivi bejn studenti u oħrajn.
Jiġu affrontati l-problemi sanitarji permezz ta’ sistema ta’ prijoritajiet u jiġu rreġistrati r-riżultati li jistgħu jiġu vvalutati sabiex issir osservanza tal-benefiċji miksuba mill-infieq fuq dawk il-metodi applikati.
4.Edukazzjoni għaż-żagħżagħ permezz ta’ sfond teoretiku, tibdil fl-imġiba, dinamika fil-gruppi u kofaċilitazzjoni. Iż-żagħżagħ jingħataw kapaċitajiet bażiċi fejn jieħdu deċiżjonijiet li jkunu mfassla fuq informazzjoni fir-rigward tas-saħħa tagħhom, li jkunu aċċertati dwar id-drittijiet sanitarji tagħhom u jiġu inkuraġġati lejn l-involviment tagħhom fit-tibdil tal-politiki
5.Tiġi aċċertata l-kontinwità fil-programmi li jkunu ġew żviluppati u t-titjib permezz ta’ monitoraġġ u valutazzjoni skont il-linji gwida tal-istatut.
Ikollhom rwol attiv fil-formulazzjoni ta’ digriet għaż-żagħżagħ fir-rigward tal-aspetti differenti tas-saħħa pubblika. L-approvazzjoni tal-pubblikazzjonijiet rilevanti.
Y.W.C.A. (Malta)
STQARRIJA TA’ OBJETTIVI: In-nisa huma impenjati fis-servizz tagħhom lejn l-Umanità
*Il-YWCA (Malta) tippromwovi l-parteċipazzjoni sħiħa tan-nisa fuq kull livell tas-soċjetà permezz ta’ opportunitajiet ta’ tmexxija u ta’ taħriġ.
*Il-YWCA taħdem għall-ġustizzja soċjali u ekonomika permezz ta’ programmi ta’ żvilupp ta’ appoġġ, sabiex tiġi mmobilizzata s-setgħa kollettiva tan-nisa għall-azzjoni fuq kwistjonijiet li huma ta’ importanza kruċjali.
*Il-Programm ta’ Żvilupp Personali tal-YWCA jiffoka fuq il-formazzjoni ta’ pedamenti essenzjali lejn kapaċitajiet ta’ taħriġ mmirati lejn l-edukazzjoni u l-ħajja vokazzjonali. L-assistenza tan-nisa fit-tagħlim ta’ kapiċitajiet bażiċi li jkunu relatati mat-talenti tagħhom. Korsijiet organizzati qed jingħataw mill-membri professjonali tal-YWCA u minn persuni voluntiera. Il-korsijiet kollha jingħataw b’xejn.
*Il-YWCA hija mmirata lejn il-formazzjoni ta’ komunitajiet b’saħħithom billi joffru korsijiet edukattivi u servizzi soċjali oħrajn għan-nisa kollha u l-familji li jkunu qed jgħaddu minn perijodi diffiċli.
*Il-YWCA (Malta) huwa moviment li jagħti kura u asssistenza li huwa mmexxi minn Fidi Nisranija u li fih il-membri tiegħu jieħdu l-impenn li jagħtu s-setgħa lin-nisa permezz ta’ taħriġ u edukazzjoni
L-MCWO il-Konfederazzjoni Maltija tal-Organizzazzjonijiet tan-Nisa
Il-Konfederazzjoni Maltija tal-Organizzazzjonijiet tan-Nisa (MCWO) tirrappreżenta d-dubji, l-bżonnijiet u l-interessi tan-nisa minn kull tip ta’ ħajja permezz ta’ djalogu u netwerking fuq livelli nazzonali, Ewropej u internazzjonali. Il-Għan tal-Konfederazzjoni huwa l-integrazzjoni u l-għaqda tal-NGOs nazzjonali kollha tan-nisa u l-membri indiidwali sabiex jiġi rrapreżentat il-Lobby Group tan-Nisa Ewropej ġewwa Brussell bħala membru sħiħ. L-MCWO permezz tal- Organizzazzjonijiet Membri tiegħu jirrappreżenta iktar minn 24,000 mara Maltija u huwa Membru sħiħ tal-Lobby Group tan-Nisa Ewropej.
L-objettivi tal-Konfederazzjoni huma li:
Taġixxi permezz ta’ forum fejn issir riflessjoni infurmata u dibattitu dwar id-drittijiet tan-nisa u jwasslu għal rakkomandazzjonijiet konkreti, konklużjonijiet u azzjonijiet;
Tqassim tal-aħjar prattiki fil-kamp tad-drittijiet tan-nisa sabiex ikun hemm garanzija ta’ ugwaljanza fl-opportunitajiet;
Tikkontribwixxi lejn it-titjib tal-politika nazzjonali u l-istrateġija vis-à-vis il-kwistjonijiet li jikkonċernaw in-nisa;
It-tisħiħ tal-koperazzjoni bejn min ifassal il-politika, l-NGOs u l-membri individwali li jaħdmu fil-kamp tal-kwistjonijet li għandhom x’jaqsmu man-nisa
Jinfurmaw, jagħqdu u jkabbru l-għarfien tal-organizzazzjoniiet tan-Nisa dwar kwistjonijiet Ewropej;
Jaħdmu direttament mal-istituzzjoniiet Ewropej sabiex jaċċertaw li l-ħtieġijiet tan-nisa u l-perspettiva tagħhom tkun parti ugwali u intergali tal-politika Ewropea;
Il-Membri tal-MCWO jinżammu aġġornati fuq id-direttivi kollha tal-UE, ir-regolamenti u l-leġiżlazzjoni li tikkonċerna l-kwistjonijiet dwar nisa u diskriminazzjoni bejn is-sessi.
L-Assoċjazzjoni Ta’ Qwiebel u Infermieri ta’ Malta (MUMN)
L-Għaqda Qwiebel u Infermiera ta’ Malta (MUMN) hija għaqda professjonali għall-infermieri u qwiebel irreġistrata mill-Kunsill għall-Infermieri u Qwiebel ġewwa Malta. MUMN hija risponsabbli għall-organizzazzjoni ta’ dawn iż-żewġ professjonijiet fi tliet setturi - kwistjonijiet ta’ trade unions, tkomplija fl-edukazzjoni u l-benesseri soċjali. Filfatt hija l-unika għaqda fis-settur sanitarju li torganizza Fond ta’ Benevolenza għall-membri tagħhom. L-MUMN igawdi minn 96% ta’ sħubija tal-infermiera u qwiebel kollha f’pajiżna.
Websajt - www.mumn.org
Jekk jogħġbok żur is-sit tal-SOS Malta u idħol magħna fil-Grupp ta’ Facebook (Save Women’s Lives-Malta)






