Header

* L-Organizzazzjoni Dinjija Tas-Saħħa (WHO) tinnota li madwar 16 -il miljun mara jkollhom it-tfal f’età ta’ 15 -19 -il sena kull sena.

*95% minn dawn iseħħu f’pajjiżi li fejn hemm dħul finanzjarju baxx u medju.

*Il-proprzjoni mit-twelid li jseħħ matul  l-adolexxenza huwa ta’ 2% fiċ-Ċina, 18% fl-Amerika Latina u fil-Karibew u iktar minn 50% fl-Afrika Sub Saħara.

Il-kuntesti tal-gravidanzi fl-adolexxenza jvarjaw

*Il-fatt li wieħed ikollu tarbija barra miż-żwieġ mhux xi ħaġa ta’ barra minn hawn f’ħafna pajjiżi.

*Il-gravidanzi fost ommijiet adolexxenti jafu jkunu iktar ta’ natura aċċidentali.

*Ir-rapporti sesswali li jkunu sfurzati jikkontribwixxu lejn il-gravidanzi fl-adolexxenti.

Il-perikoli fil-Gravidanzi fl-Adolexxenti fost ix-Xebbiet

Fl-Amerika Latina, ir-riskju ta’ mortalità materna huwa erba’ darbiet ogħla fost l-adolexxenti li jkunu ta’ età iżgħar minn għoxrin sena.

Ħafna problemi sanitarji huma partikolarment assoċjati ma’ eżitu negattiv tat-tqala fl-adolexxenza, bħalma huma: l-anemija, l-malarja, l-HIV u mard ieħor trażmess seswalment, l-emoraġġiji postpartum, il-mard mentali bħalma hija d-depressjoni.

Sa 65% tan-nisa li jkollhom fistula ostetrika jibdew mill-adolexxenza, bil-konsegwenzi għall-ħajjithom, fiżikament u soċjalment.

Il-Perikoli tal-Gravidanzi fl-Adolexxenza għat-Tarbija

L-imwiet tat-trabi qabel ma jitwieldu u ta’ dawk li jmutu fl-ewwel ġimgħa ta’ ħajja huma 50% ogħla fost dawk li jitwieldu minn ommijiet li jkunu ta’ età ta’ inqas minn 20 sena minn mqabbla ma’ dawk li jkunu ta’ età bejn 20 u 29 sena.

L-imwiet fl-ewwel xahar huma 50-100% iktar frekwenti jekk l-omm tkun persuna adolexxenti meta mqabbla ma’ dawk fejn l-omm tkun ikbar fl-età. Ir-riskju jiżdied iktar ma tkun għadha żgħira l-omm.

It-tqala fl-adolexxenti hemm iktar probabbiltà ta’ tipjip u użu ta’ alkoħol minn dik fin-nisa iktar adulti, li jistgħu iwasslu għal iktar problemi għat-tarbija wara li titwieled.

Il-Gravidanzi fl-Adolexxenti jaffetwaw il-Komunitajiet b’mod ħażin

Ħafna tfajliet li joħorġu tqal ikollhom jitilqgħu mill-iskola. Dan ikollu implikazzjonijiet li jibqgħu fiż-żmien, għalihom bħala individwi, għall-familjari tagħhom u għall-komunitajiet.

L-istudji wrew li l-posponiment tat-tqala tal-adolexxenti jista’ jwassal għal tnaqqis fir-rata ta’ tkabbir tal-popolazzjoni, b’hekk jiġu ġġenerati benefiċċji soċjali u ekonomiċi, kif ukoll ikun hemm tisħiħ fis-saħħa tal-adolexxenti.

Jekk jogħġbok żur is-sit tal-SOS Malta u idħol magħna fil-Grupp ta’ Facebook (Save Women’s Lives-Malta)

news

RSS FEED

Dia-Show

Guestbook

Send a postcard to a girlfriend

Signature collection

left_down