Follow up tal-Mother’s Night Malta, is-6 ta’ Mejju, 2010
Mother’s Night, il-lejla għall-ommijet saret fis-6 ta’ Mejju 2010. Inġabru madwar 300 persuna biex jagħtu l-appoġġ tagħhom għall-Mothers Night tal-SOS Malta fis-Sala Prado tal-Ministeru għall-Affarijiet barranin ġewwa Palazzo Parisio, il-Belt Valletta. L-avveniment kien immirat lejn it-titjib tal-għarfien pubbliku ‘dwar il-bżonn li tissaħħaħ is-saħħa materna u biex ikun hemm aktar urġenza fit-teħid tad-deċiżjonijiet sabiex jitkompla l-iffinanzjar ta’ dawk l-inizjattivi li jaċċertaw tqala li tkun waħda b’saħħitha u ħlas mingħajr ebda perikolu. Nistgħu insalvaw il-ħajja ta’ mijiet ta’ eluf ta’ trabi u ommijiet iżda dan ser ikun biss possibbli sakemm il-gvernijiet u l-komunità internazzjonali ikomplu jipprovdu ffinanzjar għas-servizzi essenzjali lill-ommijiet fit-tqala’.
L-avveniment innifsu kien jikkonsisti f’eżibizzjoni ta’ arti fejn tletin artist prominenti lokali u baranin taw-wirja tax-xogħlijiiet tagħhom li kienu jinkludu pitturi fuq żejt, akkwarelli, fuq medji differenti, inċiżjonijiet/akwatint u skultura sabiex jiġbdu l-attenzjoni għall-isfidi li jiffaċċaw l-ommijiet fid-dinja kollha, u biex jgħinu fil-ġlieda kontra l-inugwaljanzi bejn l-irġiel u n-nisa permezz ta’ sistema ta’ kommunikazzjoni innovattiva. Il-maġġoranza ta’ dawn ix-xogħlijiet li hemm esposti kellhom bħala tema lin-nisa u lill-omm, b’esperjenza pjaċevoli u varja li wasslet sew biex jikkontemplaw x’inhuma l-għanijiet ta’ din il-wirja.
Il-mistiednin ukoll ġew murija dokumentarju ta’ 30 minuta ‘Crying out for Development’ dwar l-MDGs, li kien jiffoka fuq il-Mira għall-Iżvilupp tal-Millennju Nru 5. Id-dokumentarju ġie prodott mill-PBS (Il-korporazzjoni Maltija għax-xandir, li hija risponsabbli għall-Istazzjonijiet tat-TVM) għall-SOS Malta u l-filamti saru wara żjara riċenti fil-Uganda bħala parti mill-proġett MEDIP, proġett li fih l-SOS Malta kienet partner. MEDIP, iffinanzjat mill-Kummissjoni Ewropea fil-qafas tal-program tematiku ‘Azzjonisti mhux Statali u awtoritajiet lokali fl-iżvilupp’, kellhom l-għan li jinfurmaw il-medja u l-ġurnalisti fi ħdan l-Istati Membri ġodda tal-UE dwar kwistjonijiet ta’ żvilupp u dwar il-Millennium Development Goals, bil-għan li tingħata importanza lill-ambiti ta’ azzjoni li fihom jistgħu jassistu l-Istati Membri Ewropej u s-soċjetà ċivili.
Dawk preżenti ingħataw kit ta’ informazzjoni dwar il-kampanja għall-2010. L-ewwel skeda tagħti informazzjoni dwar il-kampanja Save Women’s Lives u informazzjoni dwar il-Mothersnight. Fit-tieni skeda tingħata informazzjoni dwar il-Millennium Development Goal Nru 5 u l-fatti dwar it-Tqala fl-adolexxenza. Fit-tielet skeda tingħata informazzjoni dwar ċertu miżuri li jistgħu jiġu adottati fi ħdan is-servizzi sanitarji sabiex jinkisbu l-għanijiet tal-MDG 5, kif ukoll tinkludi xi fatti u informazzjoni dwar l-adolexxenza.
Is-Sinjorina Claudia Taylor East , Direttriċi tal-SOS Malta tkellmet dwar il-kampanja tas-Save Women’s Lives u qrat il messaġġ Europe letter advocay message li l-għada tressaq quddeim l-MEPs Maltin kollha. Qrat ukoll il-messaġġ ta’ appoġġ tal-SOS Malta fejn enfasizzat l-importanza li l-adolexxenti għandhom ikunu prijorità billi ninvestu fis-saħħa, fl-edukazzjoni u fil-ħajja tagħhom. Li jkun hemm iktar għarfien dwar l-MDG 5 mhux bizzejjed sakemm ma nieħdux l-impenn flimkien biex nieħdu direzzjoni differenti mill-fatt li kull minuta, kuljum mara tmut minħabba komplikazzjonijiet relatati mat-tqala. Il-messaġġ tagħna hawnhekk huwa ‘Involvu lilkom infuskom’.
Is-Sinjura Anna Borg, Il-President tal-Konfederazzjoni Maltija tal-Għaqdiet tan-Nisa (MCWO) wieħed mill-kollaboraturi tagħna fuq dan il-proġett ġibdet l-attenzjoni lejn ir-rejaltajiet ta’ mortalità materna fid-dinja u l-bżonn li titjieb is-saħħa materna kif ukoll biex dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet jibqgħu jiffinanzjaw servizzi essenzjali li jafu jaċċertaw li jkun hemm gravidanzi mingħajr perikolu u ħlas mingħajr ebda riskji involuti. Fid-diskors tagħha ikkonkludiet billi għamlet referenza għad-diskors tal-Prof. Magdalena Abakanowics ( pittriċi, skultriċi u artista tat-tessuti fejn l-arti tagħha hija arti indirizzata lejn il-bniedem bħala tema) billi qalet li l-Arti ma ssolvix il-problemi iżda tgħin biex insiru konxji dwarhom. L-arti tiftħilna għajnejna biex naraw u moħħna biex nimmaġinaw.
L-Eżibizzjoni ta’ Arti baqgħet miftuħa għall-pubbliku għal ħamest ijiem fil-Ministeru tal-Affarijiet Barranin fejn kienu preżenti xi personal tal-SOS Malta biex jipprovdu informazzjni dwar il-proġett SWL, biex jissaħħaħ l-għarfien dwar il-kwistjonijiet tal-MDG 5 u jitqassam materjal tal-proġett SWL. Wara l-eżibizzjoni ressqet fl-Opus 64 Gallerie, tas-Sliema fil-31 ta’ Mejju 2010, fejn is-sid ta’ din is-sala is-sinjorina Angela Tabone kienet preżenti biex twieġeb kull mistoqsija dwar proġetti SWL u biex tqassam materjal dwar il-proġett lill-viżitaturi .
Follow up tal-Mother’s Night Malta, is-6 ta’ Mejju, 2009
Madwar 180 persuna appoġġaw lill-SOS Malta’sMother’s Night li sar fis-6 ta’ Mejju 2009 fil-Villa Arrigo.
Il-għan ta’ dan l-avveniment kien li titqajjem konoxxenza dwar il-kwistjonijiet li huma involuti fil-gravidanzi fost l-adolexxenti. L-inizjattiva kienet tagħmel parti mill-kampanja ÒEjjew ilkoll insalvaw il-Ħajja tan-NisaÓ proġett tal-Għajnuna Ewropea dwar il-Miri Għall-Iżvilupp tal-Millenju (MDG) Nru 5, it-Tisħiħ tas-Saħħa Materna.
Il-kampanja hija ndirizzata lejn it-tnaqqis tal-mortalità globali tal-ommijiet b’ħamsa u sebgħin fil-mija bejn l-1990 sal-2015.
Il-Mother’s Night iffokaw fuq il-kwistjonijiet ewlenin tal-gravidanzi fl-adolexxenti, li huma fost il-kawżi ewlenin tal-mortalità tal-ommijiet mad-dinja kollha, speċjalment fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw.
L-avveniment innifsu jikkonsisti f’tema Afrikana, inklużiikel tal-Marokk, il-mużika Afrikana u l-inbejjed mill-Afrika ta’ Isfel.
Il-mistiednin ġew ippreżentati b’introduzzjoni tal-MDGs, b’attenzjoni speċifika lill-MDG Nru 5, preżentazzjoni informatika dwar maternità mingħajr riskji fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw bħala wieħed mill-MDGs kruċjali fit-tnaqqis b’nofs sal-2015 b’importanza partikolari tingħata lill-gravidanzi fl-adolexxenti, materji u kwistjonijiet li huma involuti fil-gravidanzi fl-adolexxenti u l-importanza li jiġu edukati ż-żagħżagħ dwar is-saħħa sesswali.
Is-Sinjura Claudia Taylor-East, Direttriċi Ġenerali tal-SOS Malta introduċiet l-ewwel kelliem għal din is-serata is-Sinjura Joanna Drake, Il-Kap tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea f’Malta. Is-Sinjura Drake tkellmet dwar il-promozzjoni ta’ gravidanzi li jkunu sani u ħlas mingħajr riskji, li huma miri tas-sistemi sanitarji kolha Ewropej. Aktar minn hekk is-Sinjura Drake tkellmet dwar id-diversità u d-differenzi kulturali fi ħdan l-Ewropa bħala mezzi ta’ ħolqien ta’ mudelli għall-kura materna u tat-trabi. Flimkien ma medda ta’ statistka dwar ħlas fl-Ewropa, is-Sinjura Drake tkellmet dwar l-importanza ta’ koperazzjoni bejn l-awtoritajiet sanitarji u r-riċerkaturi li jwassal għal ġbir ta’ informazzjoni għat-tfassil ta’ inizjattivi politiċi.
Id-diskors intemm billi tat taqsira dwar it-tifsira tat-tisħiħ fil-proviżjoni tal-informazzjoni fuq livell lokali u dwar kif għandhom jipprovdu gravidanzi mingħajr perikli għan-nisa kollha ta’ etajiet differenti. Bħalma jsir fi Stati Membri oħrajn, is-Sinjura Drake esprimiet li Malta għandha setgħa kulturali f’dan il-qasam iżda għad hemm lok għal iktar progress.
It-tieni kelliem tas-serata kienet is-Sinjura Maryanne Massa, L-Uffiċjal Prinċipali għall-Promozzjoni tas-Saħħa mid-Dipartiment tal-Promozzjoni għas-Saħħa u l-Prevenzjni tal-Mard. Is-Sinjura Massa indirizzat il-bżonn għal Malta li jkollna Program komprensiv u effettiv f’dak li għandu x’jaqsam mal-Edukazzjoni tas-Saħħa. Is-Sinjura Massa nnotat li fid-dinja kollha ir-riċerka wriet li l-edukazzjoni lejn saħħa sesswali mhux qed tkun effettiva.
Il-pajjiżi li għandhom fis-seħħ programmi ta’ saħħa sesswali, jirrappurtaw rati iktar baxxi ta’ gravidanzi fl-adolexxenti minn dak li nosservaw f’Malta mingħajr ma jkollhom jirrikorru għall-abort. Is-Sinjura Massa nnotat ukoll li s-subien u l-bniet adolexxenti għandhom jingħataw importanza primarja, sabiex l-edukazzjoni għas-saħħa sesswali tkun waħda aċċessibbli u komprensiva.
Is-Sinjura Massa ħabbret lill-udjenza li l-Politka Nazzjonali tas-Saħħa Sesswali, flimkien ma pjan ta’ azzjoni issa ġew ippreżentati lill-Parlament, u dan minnu nnifsu huwa objettiv importanti. Madanakollu hija nnotat ukoll li Malta għadha lura biex tieħu r-risponsabbiltà dwar Saħħa Sesswali u tas-sitwazzjoni lokali.
Wara l-ikla, Is-Sinjura Arlette Vassallo, studenta tal-mediċina mill-ħames sena fl-Università ta’ Malta ndirizzat l-implikazzjonijiet tal-gravidanzi fl-adolexxenti fuq it-tfajliet, inkluż is-saħħa tal-omm u tat-tarbija, l-effetti psikoloġiċi fuq l-ommijiet li jkunu għadhom adolexxenti u l-impatti soċjoekonomiċi fuq l-individwi u fuq il-komunità.
Is-Sinjura Vassallo ppreżentat ċertu statistika rilevanti ħafna fir-rigward tan-numru għoli ferm ta’ tfajliet adolexxentili joriġinaw l-iktar minn pajjiżi li jkunu qed jiżviluppaw li jweldu t-trabi tagħhom. Hija ndirizzat ukoll il-perikli li jiffaċċaw fil-gravidanzi fl-adolexxenza, inkluż in-nuqqas ta’ aċċess għall-kura ta’ qabel u wara twelid tat-tarbija, aborti abbużivi u riskjużi u kondizzjonijiet preventivi oħrajn li jwasslu għall-imwiet tal-ommijiet. Is-Sinjura Vassallo nnotat li n-nisa ta’ età żgħira jiffaċċaw ukoll l-esklużjoni mill-familji tagħhom u mis-soċjetà.
Is-Sinjura Vassallo ndirizzat it-tifsira ta’ proviżjoni għas-saħħa riproduttiva fiż-żagħżagħ (klinika li tkun iktar aċċessibbli għaż-żagħżagħ, VCTs, servizzi ta’ counselling, servizzi tal-ippjanar, kontraċettivi u CSE eċċ) u dwar kif in-nies għandhom jiġu iktar involuti fit-tfassil politiku, fl-ippjanar tal-programmi u l-implimentazzjoni tal-proġetti SRH.
L-aħħar kelliem tas-serata kienet is-Sinjura Hedwig Bvumburah, Amministratriċi ta’ Proġetti mal-SOS Malta. Is-Sinjura Bvumburah tkellmet ftit dwarl-esperjenza personali tagħha fir-rigward tas-Sistema Ta’ Saħħa Materna fiż-Żimbabwe tal-1990 u f’liema stadju jinsab issa. Valutazzjoniiet riċenti tal-faċilitajiet ta’ saħħa fiż-Żimbabwe wrew li hemm bżonn ta’ ċertu attenzjoni urġenti għall-programmi ta’ saħħa materna. Skond rapporti riċenti,** sa għaxar snin ilu fiż-Żimbabwe ir-rata ta’ mortalità tal-ommijiet fiż-Żimbabwe kienet ta’ 138 għal kull 100 000 twelid ta’ tarbija. Fl-2005 dak in-numru kien tela’ sa 1100 minn kull 100 000 twelid. L-istudji mill-Organizzazzjoni Dinjija Tas-Saħħa għandhom nuqqas ta’ programmi ta’ kura materna, ta’ tagħmir u trattament mediku għal dawn in-nisa fl-iktar pajjiżi foqra u l-iktar żoni remoti taż-Żimbabwe kif ukoll għad-dinja kollha li qed tiżviluppa. Dawn il-fatturi kollha flimkien ma’ ħafna oħrajn, jikkontribwixxu għal rata ta’ mortalità li tkun inaċċettabbilment għolja. Id-diskors tas-Sinjorina Bvumburah emfasizza l-importanza li jinkisbu l-Miri għall-Żvilupp tal-Millenju Nru 5, fit-tisħiħ tas-saħħa materna u fit-tnaqqis tar-rata ta’ mortalità tal-omm b’75% sal-2015.
Komplessivament, dan l-avveniment kien suċċess. Fost il-mistiednin, kien hemm żewġ Kandidati MEPs preżenti, flimkien ma’ rappreżentanti mil-Libertas Malta. Kien hemm ukoll rappreżentanza konsiderevoli mill-komuntà ta’ immigranti għal dan l-avveniment. Ir-rappreżentanti kienu wkoll preżenti mill-PBS u mill-medja differenti sabiex ikopru dan l-avveniment.
Kien jidher ċar li ċertu kwistjonijiet bħalma huma l-abort u l-bżonn ta’ politika ta’ saħħa sesswali (li tkun immirata speċifikament lejn l-attività sesswali fl-adolexxenti u fit-tqala) wasslu għal ċertu kontroversji. Madanakollu l-SOS Malta u l-Kampanja Ejjew ilkoll Insalvaw il-Ħajja tan-Nisa huma mmirati lejn il-kwistjonijiet billi jqajmu l-għarfien u joħolqu soluzzjonijiet sabiex isaħħu s-saħħa materna ġenerali fid-dinja li qed tiżviluppa, iktar milli ma jagħtux każ ta’ dawk il-kwistjonijiet li fl-aħħar mill-aħħar għandhom effett fuqna lkoll.
**”Is-Saħħa qed taqa’ biċċiet - Diżastru kkawżat mill-bniedem ġewwa ż-Żimbabwe” - Tobba għad-Drittijiet tal-Bniedem (PHR), Jannar 2009
Jekk jogħġbok irriferi għall-ittra bil-miktub minn wieħed mill-mistiednin tagħna għal dan l-avveniment: http://www.timesofmalta.com/articles/view/20090517/letters/contraceptive-mentality
Jekk jogħġbok żur is-sit tal-SOS Malta u idħol magħna fil-Grupp ta’ Facebook (Save Women’s Lives-Malta)







