Header

Il-Miri Għall-Iżvilupp tal-Millenju Nru5 - It-tisħiħ tas-Saħħa Materna

SFOND F’Settembru 2000, il-mexxejja tad-dinja inġabru flimkien fis-sede tan-Nazjonijiet Uniti ġewwa New York sabiex jiżviluppaw id-Dikjarazzjoni tal-Millenju Għan-Nazzjonijiet UnitiÉ

http://www.facebook.com/home.php?#/note.php?note_id=83224736675&ref=mf


Il-Ħadd, l-10 ta’ Mejju, huwa il-Jum Internazzjonali tal-Omm.
Filwaqt li dan huwa żmien li għandna nonoraw lill-ommijiet tagħna, din il-ġurnata għandha tfakkarna wkoll tal-500 000 mara li tmut kull sena minħabba komplikazzjonijiet fit-tqala, fit-twelid tat-trabi tagħhom b’hekk iħeġġu lilna nkomplu nieħdu azzjoni.  


Il-qattiel ewlieni tan-nisa adolexxenti fil-pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw mhux xi marda li ma nistawx insibu l-kaptu tagħha, jew xi kondizzjoni li għaliha d-dinja m’għandhiex biżżejjed riżorsi.
Filfatt huma l-gravidanzi u twelid tat-trabi.

Kull sena 500,000 mara tmut waqt li din tkun qed tagħti l-ħajja. Dan jammonta għal persuna waħda kull minuta.

Tista’ ssir prevenzjoni għall-maġġoranza ta’ dawn l-imwiet. Bħala parti mill-Miri għall-Iżvilupp tal-Millenju (MDGs) - li kienu sensiela ta’ wegħdiet li saru fis-sena 2000 għall-eradikazzjoni tal-faqar, għat-titjib tas-saħħa, l-edukazzjoni u l-ambjent, biex jinħoloq partenarjat għall-iżvilupp - 198 mexxejja ħadu l-impenn li jnaqqsu l-mortalità materna b’75% sal-2015.  Madanakollu s-saħħa materna esperjenzat l-inqas progress mill-MDGs kollha, u l-Mira mhux ser tintlaħaq sakemm ma ssir azzjoni urġenti minn issa.


MOTHERSNIGHT
-

Ikel tal-Marokk
Inbid mill-Afrika ta’ Isfel

Mużika Afrikana

VILLA ARRIGO is-6 ta’ MEJJU 2009

20.00-20.30

25 EURO

http://www.facebook.com/event.php?eid=71211791683&ref=share#/photo.php?pid=30270322&id=1560685324&subject=63074887601&ref=share

L-SOS Malta jistiednuk tappoġġa l-Maternità Mingħajr Riskji fil-Pajjiżi li qed Jiżviluppaw.

Kull minuta tal-lum, x’imkien fid-dinja, mara tmut kaġun ta’ komplikazzjonijiet li huma relatati mal-gravidanzi u mat-twelid tat-trabi tagħhom.

Ingħaqad magħna fil-Villa Arrigo bħala rigal tiegħek għal Jum l-Omm lill-Benesseri tal-Ommijiet.

http://www.facebook.com/group.php?gid=63074887601#/event.php?eid=71211791683&ref=share

 

IL-MATERNITà MINGĦAJR RISKJI HIJA DRITT TA’ KULĦADD. GĦANDNA NAGĦTU S-SETGĦA LIN-NISA U NAĊĊERTAW L-GĦAŻLIET.IR-RWOL TAGĦNA U R-RWOL TA’ ĦAFNA BĦALNA, MIJIET U ELUF BĦALNA, HUWA LI NAĊĊERTAW LI FL-GĦAXAR SNIN LI JMISS IL-MATERNITà MINGĦAJR RISKJI MA TKUNX XI ĦAĠA TA’ FTIT IMPORTANZA, IŻDA TKUN KWISTJONI TA’ IMPORTANZA KRUĊJALI.’ James D. Wolfensohn. Il-President, World Bank

Jekk jogħġbok żur is-sit tal-SOS Malta u idħol magħna fil-Grupp ta’ Facebook (Save Women’s Lives-Malta)

news

RSS FEED

Dia-Show

Guestbook

Send a postcard to a girlfriend

Signature collection

left_down