Għaliex huwa importanti li tingħata attenzjoni lill-adolexxenti fil-ksib tal-Mira għall-Iżvilupp tal-Millennju Nru 5?
Il-fatti
Ħafna adolexxenti tfajliet joħorġu tqal fl-età ta’ bejn 15 u 19 -il sena
Madwar 16-il miljun mara ta’ età bejn il-15 u 19 -il sena jkollhom it-tfal kull sena, li jammontaw għal 11% fis-sena fid-dinja kollha. Ħamsa u disgħin fil-mija ta’ minnhom iseħħ fil-pajjiżi bi dħul finanzjarju baxx u medju. Il-medja ta’rata ta’ twelid ta’ tfal minn ommijiet adolexxenti f’pajjiżi bi dhul finanzjarju medju huwa iktar mid-doppju ta’ dak minn pajjiżi li għandhom dħul finanzjarju għoli, bir-rata gewwa pajjiżi ta’ dħul baxx tilħaq livell ta’ ħames darbiet iktar.
Il-proporzjoni tat-twelid li jseħħ matul l-adolexxenza huwa ta’ 2% fiċ-Ċina, 18% fl-Amerika Latina u fil-Karibew u iktar minn 50% fl-Afrika Sub Saħara. Nofs mit-twelid tat-trabi minn ommijiet adolexxenti jsir ġewwa seba’ pajjiżi: Il-Bangladesh, il-Brażil, ir-Repubblika Demokratika tal-Congo, l-Etjopia,l-Indja, n-Niġeria u l-Istati Uniti.
Il-gravidanzi fl-adolexxenti li jkunu għadhom żgħar ħafna huma problema serja.
Fil-pajiżi ta’ dħul finanzjarju baxx jew medju, kważi 10% tat-tfajliet joħorġu tqal sal-età ta’ 16 -il sena, bl-għola rata ġewwa l-Afrika tas-Sub Saħara u n-nofsinhar ċentrali u fix-Xlokk tal-Asja. Il-proporzjon tan-nisa li joħorġu tqal ta’ età inqas minn 15 -il sena tvarja sew bejn reġjun u ieħor - fl-Afrika tas-Sub Saħara ir-rata fir-Rwanda hija ta’ 0.3% meta mqabbla ma’ 12.2% fil-Możambique. Il-kuntesti tat-taqla fl-adolexxenti mhux dejjem ikunu l-istess. Li wiħed ikollu tarbija barra miż-żwieġ mhux xi ħaġa ta’ barra minn hawn għal ħafna pajjiżi. L-Amerika Latina, il-Karibew, partijiet mill-Afrika Sub Sahara u pajiċi li għandhom dħul finanzjarju għoli għandhom rati għoljin ta’ tqala fl-adolexxenza u barra miż-żwieġ iktar mill-Asja.
Għaliex huwa importanti li tingħata attenzjoni lill-adolexxenti fil-ksib tal-Mira għall-Iżvilupp tal-Millennju Nru 5?
It-twelid ta’ trabi minn ommijiet adolexxenti, mhux miżżewġin huma iktar ta’ natura mhux intenzjonata u iktar probabbli li jispiċċaw f’aborti intenzjonali. Rapporti sesswali sfurzati, rrappurtati minn 10% ta’ tfajliet li kellhom relazzjoni sesswali minn età ta’ inqas minn 15 -il sena, jikkontribwixxu lejn gravidanzi mhux intenzjonali fost l-adolexxenti. Il-gravidanza fl-adolexxenza taf tkun ta’ periklu għall-omm. Minkejja li l-adolexxenti ta’ età bejn l-10 sa 19 -il sena jikkontribwixxu għal 11% tat-twelid ta’ trabi mad-dinja kollha, huma jikkontribwixxu bi 23% tal-piż globali tal-mard (snin ta’ ħajja aġġustati minħabba diżabbiltà) kaġun ta’ tqala u twelid ta’ trabi. Erbatax fil-mija tal-aborti illegali ġewwa pajjiżi li għandhom dħul finanzjarju baxx u medju jsiru minn nisa ta’ età bejn il-15 u d-19 -il sena. Madwar 2.5 miljun adolexxenti jagħmlu aborti illegali kull sena, u l-adolexxenti huma iktar affetwati mill-komplikazzjonijiet, iktar min-nisa li jkunu maturi.
Fl-Amerika Latina, ir-riskju ta’ mortalità materna huwa erba’ darbiet ogħla fost l-adolexxenti li jkunu ta’ età iżgħar 16 -il dena meta mqabbel ma’ dawk ta’ għoxrin sena.
Ħafna problemi sanitarji huma partikolarment assoċjati ma’ eżitu negattiv tat-tqala fl-adolexxenza, bħalma huma: l-anemija, l-malarja, l-HIV u mard ieħor trażmess sesswalment, emoraġiji postpartum u mard mentali, bħalma hija d-depressjoni. Sa 65% tan-nisa li jkollhom fistula ostetrika jibdew mill-adolexxenza, bil-konsegwenzi għall-ħajjithom, fiżikament u soċjalment.
It-tqala fl-adolexxenza hija perikoluża għat-tarbija. Imwiet ta’ trabi fl-ewwel ġimgħa tal-ħajja huma 50% ogħla fit-trabi li jitwieldu minn ommijiet ta’ età iżgħar minn 20 sena milli fi trabi li jitwieldu minn ommijiet ta’ bejn l-20 u d-29 sena.
Il-mortalità matul-ewwwel xahar ta’ ħajja hija bejn 50-100% ogħla jekk l-omm tkun adolexxenti, meta din tiġi mqabbla għal ommijiet iktar maturi - iktar ma tkun ta’ età żgħira l-omm, iktar ir-riskju jkun għoli.
Ir-rati ta’ twelid prekoċi, piż baxx tat-trabi u l-fgar matul il-gravidanzi huma ogħla fost it-trabi ta’ adolexxenti, u dawn kollha jżidu l-probabblità ta’ mortalità u ta’ problemi ta’ saħħa fil-ġejjieni għat-tarbija.
Fil-gravidanzi fl-adolexxenti hemm iktar probabbiltà ta’ tipjip u użu ta’ alkoħol meta dan jitqabbel fin-nisa iktar adulti, li jistgħu iwasslu għal iktar problemi għat-tarbija wara li titwieled.
Il-Gravidanzi fl-adolexxenti jaffetwaw il-Komunitajiet b’mod ħażin
Ħafna tfajliet li joħorġu tqal ikollhom jitilqu l-iskola. Dan għandu implikazzjonijiet li jdumu fiż-żmien għalihom bħala individwi, għall-familji tagħhom u għall-komunitajiet.
L-istudji wrew li l-posponiment tat-tqala tal-adolexxenti jista’ jwassal għal tnaqqis fir-rata ta’ tkabbir tal-popolazzjoni, b’hekk jiġu ġġenerati benefiċċji soċjali u ekonomiċi, kif ukoll ikun hemm tisħiħ fis-saħħa tal-adolexxenti.
Il-progress s’issa
Ir-rati ta’ adolexxenti li jkollhom it-tfal waqgħu konsiderevolment fil-maġġoranza tal-pajjiżi u fir-reġjuni f’dawn l-aħħar għoxrin sa tletin sena.
L-età tal-ewwel żwieġ qed tiżdied f’ħafna pajjiżi, daqs kemm qed tiżdied ir-rata ta’ użu tal-kontraċettivi fl-adolexxenti miżżewġin u dawk li mhumiex miżżewġin.
Għolew il-livelli ta’ edukazzjoni għat-tfajliet f’ħafna pajjiżi, u issa hemm ħafna iktar opportunitajet ta’ xogħol. Livelli baxxi ta’ edukazzjoni jiġu ħafna drabi assoċjati ma’ gravidanzi minn età żgħira.
X’hemm bżonn li jsir fil-promozzjni tas-saħħa sesswali u riproduttiva tal-adolexxenti u għall-prevenzjoni tal-imwiet għall-ommijiet u trabi tagħhom matul it-tqala?
Il-prevenzjoni tal-gravidanzi mhux ippjanati u riskji oħrajn għas-saħħa sesswali u riproduttiva.
L-adolexxenti jeħtieġu:
Informazzjoni li tinkludi edukazzjoni sesswali komprensiva;
Aċċess għal medda sħiħa ta’ servizzi sanitarji għas-saħħa sesswali u riproduttiva, inklużi l-condoms, mezzi oħrajn ta’ kontraċettivi kif jixraq u interventi oħrajn lejn il-prevenzjoni, trattament u kura tal-mard trażmess sesswalment, inkluż l-HIV; u ambjent li jipprovdi appoġġ u mingħajr perikli li jkun ħieles minn kull forma ta’ sfruttament u abbużi.
Il-familji u l-komunitajit għandhom jappoġġaw lill-ommijiiet adolexxenti
Ħafna drabi l-ommijiet adolexxenti ibagħtu b’nuqqas ta’ għarfien, ta’ edukazzjoni, esperjenza, dħul finanzjarju u setgħa meta jiġu mqabbla ma’ ommijiet iktar maturi.
Għal ċertu kulturi, dawn jistgħu jgħaddu minn effetti ta’ attitudnijiet li jiġġudikawhom, fejn sitwazzjoni li tkun diffiċli minnha nnifisha taf tkun iktar diffiċli. L-irġiel, il-ġenituri, il-kunjati u nies oħrajn involuti fit-teħid tad-deċiżjonijiet fuq livelli domestiċi u tal-komunità għandhom ikunu involuti wkoll sabiex jaċċertaw li jagħtu appoġġ u li jaċċettaw l-adolexxenti li jħorġu tqal. Dan jinkludi li jiġu żgurati prattiċi ta’ kura mid-dar qabel, matul u wara l-gravidanza u l-użu f’waqtu tas-servizzi ta’ qwiebel imħarrġa sew li jattendu fit-twelid.
Għandha titqassam l-informazzjoni dwar is-sintomi tal-komplikazzjonijiet fost l-adolexxenti tqal u fil-komunità b’mod ġenerali, sabiex kulħadd ikun jaf meta sitwazzjoni taf tkun emerġenza u x’għandu jsir fit-tali sitwazzjoni.
Għandhom jissaħħu l-aċċess għall-edukazzjoni, il-kapaċitajiet li jfendu għal rashom u l-informazzjoni dwar kif issir il-prevenzjoni ta’ iktar gravidanzi u l-abbiltà tagħhom li jaffronatw il-vjolenza domestika għandha titjieb ukoll.
Professjonisti tas-saħħa għandhom ikunu kapaċi jirrispondu għall-bżonnijiet speċjali tal-adolexxenti fit-tqala.
Il-professjonisti tas-saħħa għandhom jipprovdu medda ta’ servizzi fl-outpateints u kondizzjonijiet kliniċi li jgħinu jsalvaw il-ħajja tal-ommijiet fit-tqala u tat-trabi tagħhom. Minkejja li s-servizzi pprovduti lill-ommijiet adolexxenti u dawk iktar maturi huma l-istess fil-kontenut tagħhom, il-professjonisti għandhom jaħdmu mal-adolexxenti u jkunu jafu kif jirrispondu għall-bżonnijet speċifiċi tagħhom. Huma gandhom ikollhom is-setgħa li:
Jipprovdu lill-adolexxenti b’intervent minn kmieni ta’ kura matul it-tqala u b’għażliet għat-tkomplija jew li jtemmu t-tqala tagħhom. - l-adolexenti jispiċċaw jipposponu l-abort, u jaslu biex ifittxu nies li ma jkunux imħarrġa, ifittxu metodi iktar perikolużi jipposponu t-tfittxija ta’ għajnuna fil-każ tal-komplikazzzjonijiet.
Li jkunu attenti għall-problemi speċifiċi li jitolbu attenzjoni partikolari fost l-adolexxenti, inklużi l-anemija, stat prekarju ta’ nutrizzjoni, il-malarja, l-HIV u mard ieħor trażmess sesswalemt u l-aċċess għas-servizzi ta’prevenzjoni li l-marda tal-HIV tiġi trażmessa mill-omm għat-tarbija;
Jiżviluppaw pjan fit-twelid mal-adolexxenti u mal-familja tagħha, inkluż il-post fejn ser isir il-ħlas, id-disponibbiltà ta’ transport u l-ispejjeż involuti;
li jagħtu attenzjoni speċjali lill-adolexxenti li jkollhom inqas minn 16 -il sena matul il-kura ostetrika minħabba li dawn ikun f’riskju ogħla ta’ komplikazzjoni u ta’ mewt;
Wara l-ħlas, jingħata appoġġ speċjali lill-adolexxenti fil-kura u fin-nutriment tat-trabi sabiex ikun aċċertat li dawn ikollhom aċċess għall-informazzjoni għall-kapaċitajiet u għas-servizzi inklużi servizzi ta’ counselling adegwat fil-prevenzjoni ta’ iktar gravidanzi.
Is-sistemi tas-saħħa għandhom ikunu kapaċi jirrispondu għall-bżonnijiet speċjali ta’ kura sesswali sanitarja tal-adolexxenti.
Hemm kunsens konsiderevoli dwar il-fatt li servizzi sanitarji xierqa huma meħtieġa għall-ksib tal-Miri għall-Iżvilupp tal-Millenju Nru 5.
F’dan il-kuntest, il-kwalità tas-servizzi pprovduti lill-adolexxenti għandhom jissaħħu u jiżdied l-użu tagħhom mill-adolexxenti. Dan jeħtieġ: il-ġbir u l-analiżi tal-istatistika nazzjonali b’maniera li jkunu jistgħu jinterpretaw aħjar il-bżonnijiet tal-adolexxenti fit-tqala, in-numri tagħhom u kemm jagħmlu użu mis-servizzi; li jiġu żviluppati l-kompetenzi tal-professjonisti fis-settur sanitarju fejn jaffrontaw informazzjoni speċjali, il-bżonnijet kliniċi u psikoloġiċi tal-ommijiet adolexxenti; u li jaċċertaw li l-ambjent legali u politiku isaħħu l-aċċess għall-kura li jeħtieġu l-adolexxenti.
Jekk jogħġbok żur is-sit tal-SOS Malta u idħol magħna fil-Grupp ta’ Facebook (Save Women’s Lives-Malta)






